Personal tools
A Network of Excellence forging the
Multilingual Europe Technology Alliance

Dwar il-META-RESEARCH

META-SHARE-Logo.png

 

META-RESEARCH qiegħda tagħmel riċerka innovattiva dwar it-Traduzzjoni Awtomatika, li torbot ma’ oqsma oħra ta’ teknoloġija marbut ma’ dal-qasam. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, ir-riċerka tal-META-RESEARCH hija maqsuma f’erba’ pakketti. Dawn jiffukaw fuq l-użu ta’ aktar semantika fit-Traduzzjoni Awtomatika, il-qsim tax-xogħol effiċjenti fis-sistemi tat-Traduzzjoni Awtomatika ibrida, l-isfruttar tal-kuntest għat-traduzzjoni u l-preparazzjoni ta’ pedament għall-applikazzjonijiet ta’ Traduzzjoni Awtomatika. Ix-xogħol f’dawn l-erba’ pakketti beda u jinkludi, fost affarijiet oħra, l-implimentazzjoni ta’ prototipi, il-preparazzjoni ta’ kollezzjonijiet ta’ dati empiriċi għall-evalwazzjoni, u l-organizzazzjoni ta’ ‘workshops’ interni.