META-SHARE
In-natura diversa u varjata ta’ ammonti kbar ta’ kollezzjonijiet ta’ riżorsi diġitalizzati (publikazzjonijiet, ġabriet ta’ data, multimedia fajls, għodod ta’ proċessar, servizzi u applikazzjonijiet) bidlu radikament il-mod u il-bżonnijiet biex jiġu ppublikati, arkivjati, skoperti u mtennija għal tul taż-żmien. Repożitorji diġitali joffru infrastrutturi biex jiddeskrivu u jiddokumentaw, jerfgħu, jikkonservaw, u jpoġġu din l-informazzjoni miftuħa għall-publiku ġewwa ambjent miftuħ, faċli biex jintuża u fdat. Dawn ir-repożitorji juru evoluzzjoni fil-filosofija ta’ librerija diġitali lejn aċċess miftuħ, modi ta’ tfittxija avanzzata u arkitetturi mifruxa fuq skala kbira.
L-għan ta’ META-SHARE huwa li jiprovdi din l-infrastruttura miftuħa, mifruxa, fdata u interoperabbli għall-qasam tat-Teknologija tal-Lingwa. Miftuħa minħabba il-fatt li hija maħsuba bħala bażi ta’ riżorsi li jibqgħu jevolvu u jikbru, li jinkludu riżorsi u servizzi b’xejn jew bi ħlas; mifruxa minħabba il-fatt li huma netwerk ta’ mħażen / ċentri tad-data aċċessibli minn punt komuni; interoperabbli minħabba li l-bażi tar-riżorsi ser tkun skond l-istandards, u tegħleb differenzi ta’ format, terminoloġija u semantika; fdata minħabba li ser tiggarantixxi governanza legali soda, skond il-liġi u aċċess fdat f’idejn riżorsi liċenzjati.
META-SHARE ser tibni infrastruttura b’saffi differenti biex:
- tiprovdi materjal ta’ kwalità tat-tagħlim flimkien ma’ metadata minn fuq in-netwerk,
- tiżgura li l-materjal kollu tat-tagħlim huwa miżmum sew kif ukoll mantenut u użat kif suppost,
- tipprovdi serje ta’ servizzi lill-membri kollha ta’ META-SHARE kif ukoll lil dawk kollha li jużawha,
- tħaddan l’użu ta’ standards aċċettabli biex jinħolqu riżorsi tal-lingwa filwaqt li jiżguraw l-interoperabilità massima tar-riżorsi tat-tagħlim,
- jħallu terzi persuni assoċjati jesportaw ir-riżorsi tat-tagħlim tagħhom fuq in-netwerk META-SHARE,
- jħallu oħrajn li jistgħu jużaw ir-riżorsi tat-tagħlim biex faċilment u legalment jagħmlu użu minnhom għall-iskopijiet tagħhom.
Ir-riżorsi u teknoloġiji li huma ippjanati għal META-SHARE jinkludu, fl-ordni ta’ prijorità:
- data tal-lingwa, bħal kollezzjonijiet miktuba u mitkellma,
- data relatata mal-lingwa, li tinkludi jew għandha x’taqsam ma’ midja u modalitajiet oħra fejn il-lingwa miktuba u mitkellma għandha rwol importanti,
- għodod u teknoloġiji biex jipproċċesaw u jittabellaw il-lingwa,
- servizzi fl-użu tal-għodod u t-teknoloġiji tal-lingwa,
- għodod, miżuri u protokoli ta’ evalwazzjoni, kif ukoll servizzi biex jindirizzaw u jevalwaw,
- serje ta’ servizzi konnessi b’mod li jaħdmu u jikkomunikaw flimkien.
META-SHARE qed timmira li ssir infrastruttura utli għal dawk kollha li jużawha u anki jipprovdu servizzi u teknoloġiji, kif ukoll dawk li jintegraw, ibiegħu u professjonisti fit-teknoloġiji tat-tagħlim (tradutturi, interpraturi, esperti lokali), ċentri tad-data nazzjonali u internazzjonali, u repożitorji tar-riżorsi tat-tagħlim, kif ukoll dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u internazzjonali, flimkien ma finanzjaturi u sponsors ta’ riżorsi u teknoloġiji tat-tagħlim.
META-SHARE ser tkun faċilità b’xejn bl-għajnuna ta’ komunità ta’ nies li jużawha u oħrajn li jaħdmu u jiżviluppaw fuqha, ibbażata fuq netwerk ta’ repożitorji mifruxa aċċessibli min punt komuni. Nies li qed jagħmlu użu minnha (konsumaturi, dawk li jipprovdu, jew li jpoġġu servizzi flimkien) ser ikollhom mod faċli u sempliċi kif jaċċessaw il-kont tagħhom u jkunu jistgħu jaċċedu kollox fin-netwerk tar-repożitorji.
Riżorsi tal-lingwa u l-metadata tagħhom ser ikunu miżmuma fuq ir-repożitorji tal-membri. Kull ma ħa jiġi esportat huwa l-metadata biex tkunu disponibbli biex tiġi użata u irranġata sakemm timla l-inventarju li jinkludi deskrizzjonijiet għall-bażi tal-metadata tar-riżorsi tat-tagħlim kollha fuq in-netwerk. Software biex jgħin lil dawk kollha jibnu r-repożitorju tagħhom ser ikun provdut minn META-SHARE b’xejn.
Ma’ META-SHARE ir-riżorsi tat-tagħlim huma ftit passi il-bogħod biss.