Personal tools
A Network of Excellence forging the
Multilingual Europe Technology Alliance

Dwar il-Proġett

META, il-Multilingual Europe Technology Alliance, tlaqqa’ flimkien riċerkaturi, provedituri tat-teknoloġija kummerċjali, utenti tat-teknoloġija tal-lingwa, kemm privati kif ukoll korporattivi, u membri oħra tas-soċjetà informatika. META sa tagħmel sforz internazzjonali ambizzjuż biex tiżviluppa t-Teknoloġija tal-Lingwa ħalli tintlaħaq il-viżjoni ta’ Ewropa magħquda b’suq diġitali wieħed u spazju tal-informazzjoni wieħed.

Hemm bżonn ta’ sforz sostanzjali, mifrux mal-kontinent kollu, fir-riċerka tat-Teknoloġija tal-Lingwa u l-inġinerija biex jinħolqu applikazzjonijiet li jagħmlu possibbli t-traduzzjoni awtomatika, l-informazzjoni multilingwi u l-immaneġġjar tal-għarfien, u l-produzzjoni tal-kontenut fil-lingwi kollha Ewropej. Dan l-isforz jgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ ‘interfaces’, intuwittivi u bbażati fuq il-lingwa, mat-teknoloġija li tista’ tvarja minn apparat elettroniku fid-dar, makkinarji u vetturi sa kompjuters u robots.

Bil-ħila tat-teknoloġiji tal-lingwa, jista’ jkun hemm komunikazzjoni u koperazzjoni bejn lingwa u oħra, aċċess għall-informazzjoni u għall-għarfien għal kull lingwa (speċjalment fejn jidħol is-suq diġitali komuni), u jkun jista’ jitkompla l-bini u t-titjib fil-funzjonalità ta’ qafas għat-teknoloġija tal-informazzjonji.

Bħalissa META qed tinbena minn META-NET, qafas ta’ eċċellenza li għandu l-għan li jissoda l-bażi teknoloġika ta’ soċjetà Ewropeja multilingwi.