Personal tools
A Network of Excellence forging the
Multilingual Europe Technology Alliance

Ipparteċipa issa! Kun involut!

X’tista’ tagħmel biex tiġi involut

  • Inagħqad ma’ Meta – Meta tingħaqad ma META ikollok iċ-ċans li turi is-sapport tiegħek lejn l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva. Minbarra hekk aħna ta’ META ikollna l-opportunita’ li ngħaddulhek l-aħħar għarfien u aħbarijiet filwaqt li permezz ta’ komunikazzjoni tkunu tistghu tieħdu sehem attiv f’deċiżjonijiet li jistgħu jaffetwaw il-komunita’ li għandha fi ħdana it-teknoloġiji tal-lingwi.  Ma META tingħaqad ma esperti u membri min-naħa tar-riċerka, l-industrija, u lil hinn fil-qasam, tat-teknoloġiji tal-lingwi sabiex id-diversita’ tal-lingwa Ewropeja tiġi miżmuma. Biex tingħaqad ma META huwa sempliċi, kemm imla imla il-formola online. Meta tingħaqad ma Meta ma tidħol fl-ebda obbligazzjoni finanzjarja.
  • Social Media – Ingħaqad magħna fuq Facebook u LinkedIn sabiex tagħmel kuntatt mal-komunita’ ta’ META-NET u tifrex il-kelma ma kollegi u ħbieb.

  • Ifrex il-kelma – Jekk jinteressak dak META-NET qegħdin jagħmlu ifrex il-kelma. META hija inizjattiva tal-komunita’. Inti tkun qed tgħin din-l-inizjattiva billi tgħaddi  l-informazzjoni lil ħaddieħor sabiex jintlaħqu membri tas-soċjeta’ b’interessi differenti fl-użu tal-lingwa minn esperti li għandhom x’jaqsmu ma żvilupp u riċerka, sa oħrajn li jistgħu jieħdu benefiċċju minn l-użu applikat ta dawn it-teknoloġiji.  Għaddi l-informazzjoni dwarna u dwar ix- xogħol li aħna qegħdin nagħmlu kif ukoll kif jistgħu jingħaqdu magħna, lil ħbieb, kollegi, student, u nies oħra li jistgħu jkunu interessati, jew li jistgħu joffru xi opinjoni dwar da nil-qasam. Iżjed ma tikber id-diversita’ tal-membri involuti skond l-iskopijiet ta META, iżjed jikber iċ-ċans li META tagħmel ħoss fejn jidħol il-qasam tat-teknoloġiji tal-Lingwa sabiex insostnu il-futur tal-lingwi differenti fl-Ewropa.

  • Żomm ruħek informat – Hemm ħafna attivita’ għaddejja f’META-NET. Żomm ruħek aġġornat permezz tal-website, fejn jidħlu updejts tal-blog, żviluppi u diskussjonijiet ġodda.

Ippareċipa, agħti l-opinjoni tiegħek u ifrex il-kelma. Flimkien naslu biex nagħtu direzzjoni għall-iżvilupp tat-Teknoloġiji tal-Lingwi diversi fl-Ewropa.

Min għandu jiġi involut

META qed toffir opportunita’ unika sabiex riċerkaturi, nies u professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp u użu tat-teknoloġiji tal-lingwi jieħdu sehem attiv f’diskussjonijiet flimkien ma esperti u gruppi fis-settur, filwaqt li jippjanaw il-futur tal-lingwi fl-Ewropa.

Proġetti li jinvolvu riċerka u żvilupp tat-teknoloġija huma mistiedna li jingħaqdu ma’ META-SHARE sabiex ikollom access għal għadd ta’ riżorsi u teknoloġiji filwaqt li jkunu qed jgħinu sabiex jissaħħu is-servizzi offruti minn META.

Intrapriżi kummerċjali huma mistiedna sabiex jgħaddu il-viżjonijiet tagħhom għal prodotti u servizzi filwaqt li jipparteċipaw fil-proċess ta’ l-ippjanar ta’ META u jżidu opportunitajiet sabiex isaħħu sħubija li tilħaq għanijiet għolja.

L-Iskejjel u edukaturi, ġurnalisti u il-midja, membri attivi fil-politika, istituzzjonijiet pubbliċi u organizzazjonijiet oħra, huma mħegga sabiex jipparteċipaw fid-diskussjonijiet li jsawru viżjoni għal soċjeta iffurmata b’diversita’ fil-lingwi.

Il-vuċi tiegħek hija importanti, daqs il-lingwa li titkellem biha. Meta tingħaqad ma META, ser tkun qed tgħin sabiex issawwar l-użu u id-diversita’ tal-lingwi fl-Ewropa.