Personal tools
A Network of Excellence forging the
Multilingual Europe Technology Alliance

META-VISION

Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ META-NET huwa l-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika (SRA) tagħna. L-aġenda tinkludi rakkomandazzjonijiet ta’ livell għoli, ideat għal applikazzjonijiet viżjonajri ta' TL u suġġerimenti għal azzjonijiet konġunti li se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lil istituzzjonijiet fuq livell nazzjonali u reġjonali.

Barra milli l-pubbliku inġenerali jista’ jipparteċipa fil-proċess sħiħ permezz tal-grupp ta’ diskussjoni online, kien hemm total ta’ erba’ gruppi involuti fl-iżvilupp tal-viżjoni. Il-kompitu ewlieni tal-gruppi viżjunarji fit-tliet temi tagħhom (Traduzzjoni u Lokalizzazjoni, Media u Servizzi tal-Informazzjoni, Sistemi Interattivi; ara taħt) kien li jipproduċu ideat u kunċetti għal applikazzjonijiet viżjonarji bbażati fuq it-teknoloġija lingwistika fl-oqsma rispettivi tagħhom u jipprovdu ideat għat-tbassir tat-teknoloġija.

Ir-raba’ grupp involut f’dan il-proċess hu l-META Technology Council (META Kunsill ta' Teknoloġija). Ir-rapporti dwar l-informazzjoni magħquda li kienu prodotti mill-gruppi tal-viżjoni ġew diskutati u proċessati mill-META Technology Council li ġie inawgurat fis-16 ta’ Novembru 2010 fi Brussel. Wara dan, kien hemm laqgħat f'Venezja (fil-25 ta' Mejju, 2011), f'Berlin (fit-30 ta' Settembru, 2011) u, għal darb' oħra, fi Brussell (fid-19 ta' Ġunju, 2012). Il-Kunsill ikkonsolida l-ideat li ġew miġburin mill-gruppi tal-viżjoni kif ukoll diversi diskussjonijiet mal-kommunità fl-ewwel verżjoni tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika (SRA). Din ġiet ippubblikata fil-11 ta' Lulju, 2012. L-SRA se tkun użata biex twassal il-messaġġ ta' META lil policy makers, sponsors privati u pubbliċi, u l-pubbliku ġenerali.

 

 

Aġġornament, 11 ta’ Lulju 2012: L-ewwel verżjoni tal-Aġenda ta’ Riċerka Strateġika għall-Ewropa Multilingwi 2020 ta' META-NET kienet ippubblikata!

Aġġornament, 23 ta’ Marzu 2011: Riżultat intermedjarju importanti tal-proċess tal-META-VISION hu d-dokument ‘The Future European Multilingual Information Society’. Wieħed huwa mistieden jaqra u jiċċirkola dan id-dokument u jiddiskutieh u wara jipprovdi suġġerimenti u ideat fuq il-grupp ta’ diskussjoni ‘online’.

 

Membri u Parteċipanti

Lista tal-membri tal-gruppi viżjunarji

Lista tal-membri tal-META Technology Council

 

Grupp Viżjunarju: Traduzzjoni u Lokalizzazjoni

Oqsma

Dokumentazzjoni teknika, informazzjoni għall-konsumatur, bulettini uffiċjali, user interface localisation, logħob, servizzi, etċ.

Partijiet Interessati

Kumpaniji ta’ software, kumpaniji tal-logħob, dawk li jużaw servizzi tat-traduzzjoni b’mod estensiv, kumpaniji tat-traduzzjoni, industrija lokalizzata, etċ.

Laqgħat

Berlin, Ġermanja, 23 ta’ Lulju, 2010; Brussel, Belġju, 29 ta’ Settembru, 2010; Prag, Repubblika Ċeka, 7 u 8 ta’ April, 2011

Nies li kkonvokaw

Hans Uszkoreit (DFKI, Ġermanja) u Josef van Genabith (DCU/CNGL, Irlanda)

Membri

Membri tal-Grupp Viżjunarju

Preżentazzjonijiet

Preżentazzjoni mogħtija minn Jörg Porsiel (META-FORUM 2010)

Preżentazzjoni mogħtija minn Josef van Genabith (laqgħa tal-META Technology Council)

Preżentazzjonijiet mogħtijin minn Joseph Mariani u Hans Uszkoreit (META-FORUM 2011)

Preżentazzjoni mogħtija minn Andrejs Vasiljevs (META-FORUM 2012)

Rapport

Riżultati tal-ewwel żewġ laqgħat (abbozz)

 

Grupp Viżjunarju: Qasam tal-Media u Servizzi Informatiċi

Oqsma

Settur awdjo-viżwali, aħbarijiet, libreriji diġitali, ‘portals’, ‘search engines’, etċ.

Partijiet Interessati

Industrija tal-media, ‘web’ u ‘search engine providers’, arkivji, etċ.

Laqgħat

Pariġi, Franza, 10 ta’ Settembru 2010; Barċellona, Spanja, 15 t’Ottubru, 2010; Vienna, Awstrija, l-1 t’April, 2011

Nies li kkonvokaw

Stelios Piperidis (ILSP, Greċja) u Margaretha Mazura (EMF, Belġju/Renju Unit)

Membri

Membri tal-Grupp Viżjunarju

Preżentazzjonijiet

Preżentazzjoni mogħtija minn Philippe Wacker (META-FORUM 2010)

Preżentazzjoni mogħtija minn Stelios Piperidis (laqgħa tal-META Technology Council)

Preżentazzjonijiet mogħtijin minn Joseph Mariani u Hans Uszkoreit (META-FORUM 2011)

Preżentazzjoni mogħtija minn Marko Grobelnik (META-FORUM 2012)

Rapport

Riżultati tal-ewwel żewġ laqgħat (abbozz)

 

Grupp Viżjunarju: Sistemi Interattivi

Oqsma

Assistenza permezz tal-mowbajl (Mobile assistance), traduzzjoni tad-djalogu, call centres etċ.

Partijiet Interessati

‘Software’ ghall-mowbajl u ‘service providers’, industrija tat-telekomunikazzjoni, ‘call centres’, industrija tal-logħob etċ.

Laqgħat

Pariġi, Franza, 10 ta’ Settembru 2010; Prag, Repubblika Ċeka, 5 t’Ottubru, 2010; Rotterdam, l-Olanda, 28 ta’ Marzu, 2011

Nies li kkonvokaw

Joseph Mariani (LIMSI/CNRS, Franza) u Bernardo Magnini (FBK, Italja)

Membri

Membri tal-Grupp Viżjunarju

Preżentazzjonijiet

Preżentazzjoni mogħtija minn Alex Waibel (META-FORUM 2010)

Preżentazzjoni mogħtija minn Joseph Mariani (laqgħa tal-META Technology Council)

Preżentazzjonijiet mogħtijin minn Joseph Mariani u Hans Uszkoreit (META-FORUM 2011)

Preżentazzjoni mogħtija minn Joseph Mariani (META-FORUM 2012)

Rapport

Riżultati tal-ewwel żewġ laqgħat (abbozz)