Aktar minn sentejn fid-deċiżjonijiet, l-ewwel verżjoni tal-
Aġenda ta' Riċerka Strateġika għall-Ewropa Multilingwi 2020 (SRA) ġiet ipubblikata fil-11 ta' Lulju, 2012. Dan id-dokument huwa r-riżultat ta' diskussjoni bejn mijiet ta' esperti mir-riċerka u mill-industrija. L-għan ewlieni tal-SRA huwa li titqajjem kuxjenza għall-qasam tat-Teknoloġija Lingwistika fl-Ewropa u jiġbed l-attenzjoni ta' politiċi u dawk li jfasslu politika, u tinformahom fuq il-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali fid-deċiżjonijiet tagħhom, speċjalment fir-rigward l-opportunitajiet ta' finanzjament li ġejjin
Horizon 2020 and
Connecting Europe Facility (CEF).
GĦANDNA BŻONN L-GĦAJNUNA TIEGĦEK!
Aħna nixtiequ nistiednuk biex tniżżel il-SRA u biex tgħinna fir-rigward tal-punti li ġejjin:
- Jekk jogħġbok għarrafna jekk tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija hawn fuq.
- Għandna bżonn aktar kwotazzjonijiet minn rappreżentanti tal-industrija u speċjalment tar-riċerka! Għandek xi opinjoni dwar l-Ewropa multilingwi u SRA tagħna? Jekk jogħġbok ibgħat lill magħna! Inti tappoġġja u tapprova l-SRA u l-pjanijiet strateġiċi tagħna? Jekk jogħġbok għarrafna! Kemm messaġġi qosra u ta' malajr u kemm kontribuzzjonijiet itwal huma ferm apprezzati! Aħna ser ninkludu kwotazzjoni tiegħek fil-lista ta' kwotazzjonijiet fuq il-qoxra ta' wara tal-SRA, fil-parti ta' ġewwa jew fuq il-websajt.
- Jekk għandek data interessanti, figuri konvinċenti jew numri ta' ċerti oqsma tas-suq li jistgħu jkunu tajba tajbin għall-SRA u li jsaħħu l-messaġġ, jekk jogħġbok ibgħathomlna!
- Fil-Kapitlu 6 se ssib it-tliet Temi ta' Riċerka Prijoritarji li kienu suġġeriti minna kif ukoll l-idea ta' twaqqif ta' pjattaforma tas-servizz Ewropew għat-Teknoloġiji Lingwistiċi. Għal din il-verżjoni kurrenti aħna ddeċidejna biex ma nagħtux ismijiet għat-Temi ta' Prijorità tar-Riċerka u għall-pjattaforma tas-servizz Ewropew. Tista' taħseb dwar ismijiet tajbin u konvinċenti li jistgħu jaħdmu bħala tip ta' marka internazzjonali għat-tema jew għall-pjattaforma? Jekk jogħġbok ibgħatilna ideat tiegħek!!
- Ħossok liberu li tgħaddi l-SRA lill-kollegi interessati li jistgħu jipprovdu kummenti siewja u għarfien fir-rigward tal-proċess finalizzazzjoni tad-dokument.
Jekk jogħġbok ibgħat kummenti tiegħek lil georg.rehm@meta-net.eu sal-15 ta' Settembru, 2012. Kull feedback se jiġi rivedut għall-verżjoni finali tal-Aġenda ta' Riċerka Strateġika, li se jiġi ppubblikat f'Novembru 2012.
Grazzi ħafna tal-għajnuna u tal-appoġġ tiegħek!
META Kunsill tat-Teknoloġija